Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ż-żieda fit-tariffi tal-cargo handling ikunu sospiżi sakemm isiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet. Il-Kamra tal-Kummerċ appellat għal sforz kollettiv bejn il-partijiet soċjali kollha ħalli jkun assigurat it-tkabbir tas-sostenibbiltà kummerċjali.
Fil-kuntest tat-tariffi tal-cargo handling, irid ikun ikkunsidrat li Malta tiddependi direttament fuq linja ta’ komunikazzjoni diretta u sostenibbli finanzjarjamnet biex tassigura t-tkabbir ekonomiku tagħha. Kull tibdil li jista’ jsir f’dawn it-tariffi jista’ jaffettwa kemm lill-importaturi, kif ukoll lill-manifattura.
//= $special ?>
