Nasser Al Khelaifi, President ta’ Paris Saint Germain f’intervista f’Pariġi għamel aċċenn li r-rwol tal-klabb mhux bil-fors wieħed kummerċjali.
Huwa qal li meta klabb jikseb players bħal Lavezzi, Pastore jew Cavani huwa għaliex għandhom il-kapaċitajiet aħjar minn players oħra u mhux biex jgħola l-prezz tagħhom fis-suq tal-football.
L-istess Al Khelaifi iżda mhux favur il-Financial Fair Play għax skont hu din timblokka investituri ġodda fil-klabbs il-kbar u tnaffar investituri fi klabbs żgħar. Huwa qal li b’dan il-mod min irid jinvesti jirrikorri għal Formula 1 aktar milli jmur jinvesti fil-football.
Huwa qal li jittama illi l-UEFA tbiddel ir-regolamenti għaliex hemm tgergir minn bosta uffiċjali li jmexxu klabbs ewlenin.
Lejn tmiem l-intervista aċċenna illi Adrien Rabiot minkejja li l-klabb investa fih irid li jkun trasferit filwaqt illi l-miri ewlenin għall-ghaxar snin li ġejjin huwa li Paris Saint Germain ikollhom l-aqwa faċilitajiet ta’ taħriġ għaliex b’hekk biss ikun jista jsir investiment fi players żgħażagħ li huma garanzija għal klabb.
//= $special ?>

