Lokali

Indipendenza ta’ nazzjon u tal-bniedem fl-iżvilupp tiegħu

L-indipendenza li kisbet Malta 50 sena ilu m’hux biss inipendenza ta’ nazzjon iżda fuq kollox tfisser indipendenza tal-bniedem u l-kapaċita li dan kiseb biex jiżviluppa l-ħiliet tiegħu u jtejjeb il-kwalita tal-ħajja.

Dan sostnieh iil-Kap tal-PN Simon Busutitl meta tkellem waqt riċeviment fil-Każin Nazzjonalista tal-Fgura għall-attivitsi tal-Partit tat-tieni u t-tielet distrett elettorali. Għal dan ir-riċeviment attendew ukoll ex deputati li fil-passat bejn l-1964 u l-2014 taw kontribut politiku lill-pajjiż permezz tal-PN.

Il-Kap tal-PN irrikonoxxa din il-ħidma f’isem il-PN billi ppreżenta tifkira lill ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-ex Deputati Frans Agius, Josie Muscat u Joe Psaila Savona. Għar-riċeviment attendew ukoll id-deputati Karm Mifsud Bonnici u Stephen Spiteri u l-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono.

Il-Kap tal-PN qal li jrid ikun rikonoxxut li mingħajr il-ħidma tal-ex deputati, il-pajjiż ma kien ikun f’pożizzjoni li jwettaq ir-riformi li wettaq wara l-elezzjoni tal-1987.

Simon Busuttil qal li l-PN mhux biss ġab l-indipendenza għall-pajjiż iżda ġab l-indipendenza tal-individwu. Għalhekk bl-indipendenza, il-PN ta ċ-ċavetta lill-poplu Malti biex ikabbar il-ħiliet tiegħu.

Minn wara l-1964, il-pajjiż inbidel għall-ahjar, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-PN jemmen li l-pajjiż għandu jkompli jibni fuq il-kisbiet tal-indipendenza. Il-PN hu mpenjat li jkompli jaħdem biex il-poplu jkabbar l-indipendenza tal-bniedem għaliex jememen li l-PN għandu jibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż.