Bla esperjenza, dgħajfa fil-konfront tar-Russja. Din hija biss ftit mill-kritika li saret minn numru ta’ membri tal-Parlament Ewropew fil-konfront ta’ Federica Mogherini li ser tkun qed tieħu l-kariga ta’ Rappreżentant għoli ta’ l-Unjoni Ewropea għal politika barranija minflok Catherine Ashton mill-1 ta’ Novembru.
Mogherini kienet fil-Parlament Ewropew biex tiddiskuti il-politika barranija tal-gvern Taljan. Minn naħa tagħha Mogherini, membru tal-partit ċentru xellugi Partito Democratico, saħqet li kien ċar li Moska kienet għażlet li ġġib fi tmiem il-ħbiberija strateġika bejn iż-żewġ naħat.
Minn naħa tagħhom bosta Membri Parlamentari Ewropej Soċjalisti faħħru lil Mogherini għall-għarfien tagħha fuq bosta temi.
//= $special ?>