Valerie Trierweiler, l-eks sieħba tal-President Soċjalista Franċiż Francois Hollande provat tikkometti suwiċidju meta ħadet doża kbira ta’ pinnoli ta’ l-irqad u dan hekk kif ħarġet l-aħbar li Hollande kien qiegħed ikollu relazzjoni ma’ l-attriċi Julie Gayet.
Dan ħareġ fil-magazine Paris Match li ppubblika biċċiet mill-ktieb miktub minn Trierweiler stess fejn titkellem fid-dettall dwar il-falliment tar-relazzjoni bejnha u bejn Hollande.
Is-sitwazzjoni bejn Hollande u Trierweiler u r-relazzjoni ma’ Gayet kienet fiċ-ċentru ta’ l-attenzjoni fil-bidu ta’ din is-sena.
Il-ktieb ta’ Trierweiler inżamm sigriet sa’ l-aħħar bil-President Hollande jiskopri dwaru biss din il-ġimgħa, b’rapporti jindikaw li kien ferm irrabjat għal din l-aħbar.
//= $special ?>