Raġel ta’ 45 sena weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari fin-Naxxar. Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-10.55am meta r-raġel waqa’ mill-għoli fi stabbiliment industrijali f’San Pawl tat-Tarġa.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa, hekk kif ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ Ambulanza biex jingħata l-għajnuna medika.
//= $special ?>

