Kultura Lokali Mużika

Rockestra bit-tieni show fit-28 ta’ Settembru

Fuq talba ġenerali mill-pubbliku, ir-Rockestra din is-sena se tkun mifruxa fuq jumejn bit-tieni show isir fit-28 ta’ Settembru, l-għada tal-ewwel wieħed. Dan it-tieni show se jsir wara li l-biljetti għall-ewwel show inbiegħu kollha u l-pubbliku baqa jitlob iktar biljetti.

Dettalji dwar dan it-tieni show, li se jkun l-istess bħall-ewwel wieħed, ingħataw mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preco flimkien mal-Ministru Owen Bonnici u d-Deputat Nazzjonalista Franis Zammit Dimech.

F’konferenza tal-aħbarijiet kien enfażizzat l-element ta’ solidarjeta li l-poplu qed juri bil-parteċipazzjoni tiegħu f’dawn l-attivitajiet.

Il-President Coleiro Preca, il-Ministru Bonnici u d-Deputat tal-Oppozizzjoni Francis Zammit Dimech rrikonoxxew il-kontribut li qed jagħtu l-kantanti u l-artisti li jieħdu sehem f’din l-attivita u qalu li r-Rockestra llum saret parti mill-kalendajru Malti ta’ attivitajiet li fihom il-poplu jwettaq espressjoni qawwija ta’ solidarjeta.