Futbol Sport

Schweinsteiger flok Lahm bħala captain

Lejliet il-partita ta’ ħbiberija Ġermanja kontra l-Arġentina, Joachim Loew manager tat-tim Nazzjonali Ġermaniż ħabbar uffiċjalment li l-captain tat-tim se jkun il-midfielder ta’ Bayern Munich Bastian Schweinsteiger .

Huwa se jieħu post Philip Lahm li wara li l-Ġermanja rebħet it-tazza tad-Dinja kien ħabbar li rtira mit-tim Nazzjonali.

Schweinsteiger li iżda għadu mweġġa u mhux inkluż għal partita kontra l-Arġentina, l-ewwel partita 50 ġurnata wara l-finali, bħala captain id-deċiżjoni waqgħet fuq il-gowlkeeper Manuel Neuer.

Joachim Loew ħabbar wkoll illi bħala assistent tiegħu fit-tim Nazzjoni se jkun l-eks kowċ ta’ Stuttgard Thomas Schneider li se jieħu post Hansi Flick.

Loew ma naqasx milli jagħmel referenza illi wara s-suċċess fil-Brażil l-attenzjoni tkun aktar fuq il-Ġermanja li nhar il-Ħadd li ġej tilgħab l-ewwel partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tal-Ewropa kontra l-Iskozja.