Sport Waterpolo

Sliema jgħelbu lil San Ġiljan filwaqt li Exiles jgħelbu lil Marsascala

Bil-Kampjonat diġa’ mirbuħ minn Neptunes , Sliema Frank Salt ftit tħabtu sabiex għelbu 16 – 8 lil San Ġiljan Allcare b’liema rebħa Sliema għamlu ċert mit-tieni post fil-Kampjonat Premier.

Wara li l-ewwel sessjoni ntemmet 2 – 2 b’żewġ gowls ta’ Dino Zammit għal San Ġiljan u tnejn minn Petkovic għal Sliema, l-istess Sliema rebħu s-sessjonijiet l-oħra biex , kif jindika l-iskor iddominaw għal ħinijiet twal b’San Ġiljan rari jkunu fil-partita.

Is-sessjonijiet l-oħra intrebħu 4 – 2 ; 6 – 4 u 4 – 0 dejjem minn Sliema

L-aħjar scorers fil-partita kienu Petkovic għal Sliema b’ 7 gowls u Calabretta b’4 gowls filwaqt li l-aħjar scorer għal San Ġiljan kien Dino Zammit b’ 4 gowls.

Referees tal-partita kienu Alex DeRaffaele u Filippo Gomez.

U intant fl-ewwel minn serje ta’ partiti deċiżivi għal min iżomm postu fil-Kampjonat Premier Exiles Ferretti għelbu lil Marsascala More 19 – 14 .

Exiles rebħu l-ewwel sessjoni 5 – 2 sabiex wara li rebħu wkoll it-tieni waħda 4 – 2 b’vantaġġ ta’ 9 – 4 u l-fatt li rebħu wkoll it-tielet sessjoni 4 – 3 , l-aħħar sessjoni kienet biss formalita’ b’Marsascala jirħu sessjoni 7 – 6 u għamlu l-iskor aktar rispettabbli ta’ 19 – 14

L-aħjar scorers kienu għal Exiles Borg b’ 5 gowls, Pace Lupi u Spiteri Staines b’ 4 gowls kull wieħed filwaqt li Cutajar u Marnitz għal Marsascala b’ 4 gowls kull wieħed.

Referees tal-partita kienu Massimo Angileri u Mario Bianchi .