Futbol Lokali Sport

Andrew Cohen jisraq ix-xena fl-Islovakkja

Il-midfielder offensiv ta’ Hibernians Andrew Cohen seraq ix-xena fl-Islovakkja hekk kif fi tmiem il-logħba ta’ ħbiberija bejn l-istess Slovakkja u Malta għażel li jagħti l-flokk tiegħu lil tifel b’diżabilita’.

Ġest mill-isbaħ mill-plejer ta’ 33 sena li juri l-karattru u l-qalb tal-Maltin li jafu jħennu u jgħinu lil min hu fil-bżonn.