Il-Pulizija f’Londra sabet il-katavru ta’ mara mingħajr ras u li jaħsbu li spiċċat attakkata minn aggressur żagħżugħ.
Il-vittma instabet ġo proprjeta, fl-inħawi ta’ Edmonton, bid-detektivs ta’ Scotland Yard isostnu li m’hemm l-ebda suġġeriment li d-delitt seta’ kellu xi skop terroristiku.
Ir-rapporti qalu li l-mara inkwistjoni instabet dekapitata fi ġnien fuq in-naħa ta’ wara tal-proprjeta u bl-uffiċjali jiddikjarawha ‘mejta fuq il-post’.
Intant, il-pulizija arrestat raġel ta’ 25 sena fuq suspett li hu l-qattiel u meta hu, fil-preżent, qed jgħin fl-istħarriġ dovut. Mifhum ukoll li r-raġel iddaħħal l-isptar biex ikun itrattat għall-ġrieħi li ġarrab waqt li kien qed jirreżisti l-arrest u wara li l-pulizija kellhom jisparawlu b’Taser gun biex jrażżnuh.
//= $special ?>