Sport Waterpolo

Exiles jikkonfermaw posthom fil-Premier

Marsascala MOR€……..6
Exiles Ferretti…………..14
(3-3),(0-3),(1-4),(2-4)

Exiles Ferretti kkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier għall-istaġun li jmiss meta fit-tieni partita minn tlieta tar-Relegation Decider għelbu lil Marsascala MOR€ 14-6. Din il-partita kienet konferma li Exiles għandhom il-potenzjal li jilagħbu mal-kbar.

Min-naħa l-oħra minkejja li tilfu dawn iż-żewġ partiti, wieħed ma jridx jinsa li għal Marsascala kien staġun pożittiv bir-rebħ tan-knock-out kif ukoll il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Marsascala dehru li setgħu jagħtu sfida u spiċċaw l-ewwel sessjoni fi draw ta’ 3-3. Iżda Exiles irnexxilhom jieħdu vantaġġ tajjeb bi tlett gowls mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 6-3 minn fuq.

Exiles għalqu l-partita fit-tielet sessjoni meta Katonas u Borg għamlu l-iskor 8-3. Cremona naqqas id-distakk iżda Lanzon u Griscti komplew ikabbru l-iskor għal 10-4.

L-aħħar sessjoni kienet biss formalita’ b’Exiles ikomplu jkabbru l-iskor jtemmu l-istaġun fuq nota pożittiva hekk kif issa m’hemmx bżonn it-tielet logħba u l-istaġun jintemm uffiċjalment għada b’logħba waħda mill-Premier bejn iċ-Champions Neptunes u r-rivali eterni Sliema. Fi tmiem il-partita Neptunes se jkunu qed jingħataw it-Tazza bħala Champions tal-Kampjonat għall-ħames sena konsekuttiva li hu wkoll numru rekord.

Marsascala: J. Cremona, J.C. Cutajar (2), S. Mora (3), C. Bonello, E. Meli, L. Grixti, K. Rizzo Naudi, J. Cremona (1), S. Micallef, C. Mifsud, D. Cassar, G. Marnitz (1), M. Pace

Exiles: I. Bugeja, J. Rizzo Naudi (1), S. Vassallo, D. Pace Lupi (1), G. Katonas (3), D. Borg (1), J. Spiteri Staines, K. Griscti (1), L. Sekulic (3), P. Borg (2), B. Lanzon, S. Galea Pace, K. Lanzon (2)

Referees: Mario Dalli, Filippo Gomez