Hemm konfużjoni fil-Ġappun hekk kif fil-pajjiż bdew ikunu introdotti r-roundabouts fit-toroq, kunċett li s’issa qatt ma intuża fil-pajjiż u minflok kienu jintużaw it-traffic lights.
Is-sena li għaddiet dawn bdew ikunu introdotti fit-Tramuntana tal-Ġappun bħala proġett pilota u r-riżultati kienu tant li issa qed ikunu introdotti madwar il-pajjiż.
Iżda issa li qed jintużaw fil-bliet hemm konfużjoni b’sewwieqa ma jkunux jafu kif joħorġu jew meta ċċedu jew le.
L-awtoritajiet qed isostnu li fost il-vantaġġi hemm li se jiffrankaw fil-kontijiet tal-elettriku minħabba anqas traffic lights kif ukoll spejjeż anqas peress li m’hemmx bżonn l-istess livell ta’ manutenżjoni. Barra minhekk, it-traffic lights fil-Ġappun jinbidlu kull 20 sena. Uffiċjali insistew ukoll li peress li r-roundabouts jippermettu għal ċaqliq kontinwu tal-karrozzi, it-tniġġiż tal-arja se jitnaqqas peress li se jonqsu l-karrozzi wieqfin bil-makni mixgħula.
//= $special ?>