Sidien ta’ dgħajjes, li fl-aħħar jiem ilmentaw dwar iċ-ċaqlieq tad-dgħajjes tagħhom miż-żona tal-Menqa f’Marsalforn għal żona magħrufa bħala l-Wied, jinsabu nkwetati minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà tal-post fejn issa qed ipoġġu d-dgħajsa tagħhom. Dan wara li żewġ sidien tad-dgħajjes li kellhom jiċċaqilqu mill-Menqa għall-Wied, fl-aħħar jiem insterqilhom il-mutur tad-dgħajsa tagħhom.
Wieħed mis-sidien appella ma’ MaltaRightNow.com biex fiż-żona ssir camera tas-sigurtà. Sid ieħor ta’ dgħajsa qal ukoll li minħabba nuqqas ta’ sigurtà, hemm il-biża’ fost dawn id-dilettanti tas-sajd li jista’ jkun hemm aktar serq mid-dgħajjes. Spjega li hemm ukoll il-biża’ li jinħarqu xi dgħajjes biex titneħħa kull prova ta’ xi serq ta’ apparat mid-dgħajjes.
//= $special ?>