Lokali

Għandu jinkwieta min għandu x’jaħbi

Ikun inkwetat min għandu x’jaħbi. Ikun inkwetat min wiegħed mod u issa qed jagħmel mod ieħor. Ikun inkwetat min daħħal mekkaniżmu biex taparsi jserraħ moħħ in-nies, u issa ma jħaddimx dan l-istess mekkaniżmu.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista dalgħodu għamel mistoqsija ċara : meta se jitlaqqa’ l-Kumitat ta’ Moniteraġġ dwar l-iskema taċ-ċittadinanza?

Joseph Muscat ħareġ stqarrija u flok wieġeb il-mistoqsija u qal meta se jitlaqqa’ dan il-Kumitat, nfexx f’attakk kontra l-Oppożizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista kkonkluda li dan huwa aġir tassew inkwetanti.