Il-ġenituri tat-tifel Britanniku, Ashya King, li qajjmu kontroversja kbira wara li huma ħarġu lill-binhom mill-isptar, fir-Renju Unit, bl-iskop li hu jingħata trattament speċjalizzat fi Spanja, inħelsu mill-ħabs fuq id-direttiva speċifika ta’ Imħallef Spanjol.
Fil-preżent, Ashya qed jingħata t-trattament dovut ġo sptar fil-belt ta’ Malaga u l-ġenituri tiegħu inħelsu wara li l-prosekuturi fir-Renju Unit irtiraw il-mandat għall-arrest, b’ġurisdizzjoni Ewropea, li huma kienu ħarġu għal din il-koppja.
Il-prosekuturi Britanniċi qalu li huma ‘rrevedew il-każ b’urġenza’ u jikkunsidraw li m’hemmx provi biżżejjed għal prospett realistiku li l-koppja King tispiċċa kkundannata quddiem il-qorti għal xi reat kriminali.
//= $special ?>