Internazzjonali

Il-katavri jibqgħu jakkumulaw

Il-katavri jibqgħu jinġemgħu fit-toroq ta’ belt fit-tramuntana tan-Niġerja, jumejn wara li nħatfet minn militanti Iżlamiċi.

Ġellieda tal-grupp Boko Haram għamlu rondi fit-toroq ta’ Bama biex iwaqfu lin-nies milli jidfnu l-mejta.

Uffiċjali qalu li madwar 26,000 persuna spiċċaw biex ħarbu minn djarhom minħabba l-ġlied qalil f’Bama, belt prinċipali fil-battalja għall-kontroll tal-istat ta’ Borno fil-Grigal tan-Niġerja.