Il-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmstrom kellha laqgħa mal-Viċi Prim Ministru Malti Louis Grech, li hu responsabbli wkoll mill-Affarijiet Ewropej.
Matul iż-żjara ta’ korteżija, il-Viċi Prim Ministru qal li minkejja li l-Kummissjoni Ewropea tappella għas-solidarjetà fejn jidħlu l-immigranti, pajjiżna għadu jistenna azzjoni konkreta biex jittaffa l-piż tagħhom.
Min-naħa tagħha Malstrom qalet li se tkun qed tiltaqa’ mal-awtoritajiet Maltin biex tiddiskuti x’jista’ jsir ħalli tkun indirizzata din il-kwistjoni.
//= $special ?>