L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li ‘l fuq minn 1,900 persuna tilfu ħajjithom wara li spiċċaw infettati bil-virus tal-Ebola li, f’dawn il-ġimgħat, infirex fir-reġjuni Afrikani tal-Punent.
Il-Kap tal-WHO, Margaret Chan, sostniet, intant, li hemm mat-3,500 każ tal-Ebola ‘probabbli jew ikkonfermati’ fit-territorji tal-Guinea, Sierra Leone u l-Liberja. Hi, fl-istess ħin, wissiet li l-epidemija, illum, qabdet ritmu sod ‘u li jmur ‘il hinn mill-isforzi ta’ dawn il-pajjiżi biex irażżnuh’.
//= $special ?>