Internazzjonali

Iż-żmien qed jagħfas biex isibu tarf tal-epidemija

L-Uffiċjali tas-Saħħa ewlenin qalu li l-epidemija tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent qed taqbad spinta ġmielha u meta ‘qed tingħalaq it-tieqa għaż-żmien ikkalkulat biex il-virus jinġieb għal taħt kontroll’.

Joanne Liu, il-President internazzjonali tal-entita medika karitatevoli, Doctors Without Borders, qalet li llum, sitt xhur wara li feġġet l-agħar epidemija tal-Ebola fl-istorja ‘id-dinja qed titlef il-battalja biex trażżanha’.

Tom Frieden, id-Direttur tal-US Centers for Disease Control and Prevention spjega li l-virus qed jiċċirkola b’mod sostanzjali fil-Liberja u Sierra Leone u meta ż-żieda fil-każi (tal-virus) fil-Guinea ukoll qed iqanqal lok għall-inkwiet. Dan għaliex il-Guinea, s’issa, kellha aktar suċċess miż-żewġ pajjiżi l-oħrajn fl-isforzi tagħha lejn it-trażżin tal-epidemija.

Mifhum li ż-‘żieda fil-każi tal-Ebola fil-Guinea’ seħħet ġo komunita partikolari fejn ir-residenti rreżistew għall-miżuri preventivi għaliex kienu konvinti li l-miżuri speċifiċi ( fosthom it-tfigħ tal-bleach) setgħu jservu biss biex iferrxu dan il-virus.

Il-virus tal-Ebola, sallum, infetta talanqas 3,069 persuna u qatel madwar 1,500