Il-Kummissarju Ewropew nominat minn pajjiżna Karmenu Vella mistenni jkollu l-portafoll tas-Sajd. Dan kien żvelat minn rapport fuq is-sit euroactiv.com. Ir-rapport jgħid li, għalkemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker għadu qed jagħmel l-intervisti, jidher li kull Kummissarju nominat ingħata portafoll. Madankollu, ir-rapport hu biss abbozz u jista’ jkun hemm tibdiliet.
Matul din il-ġimgħa, din in-nomina diġà kienet fl-aħbarijiet wara rapporti li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel pressjoni biex il-Kummisssarju l-ġdid li se tkun qed tinnomina Malta tkun mara. Rapport fis-sit infuwenti “EU Observer” saħansitra qal li Malta għandha pjan alternattiv li tressaq nomina ta’ Kummissarju Ewropew mara.
In-nomini mressqa mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kellhom jaslu għand Juncker sa tmiem din il-ġimgħa.
//= $special ?>