Internazzjonali

Kritika għar-Russja waqt is-summit tan-NATO

Il-Mexxejja tad-dinja preżenti għas-summit tan-NATO li qed isir fi Newport, ikkritikaw lir-Russja bħala fattur li qed jinfluwenza l-kriżi tal-Ukrajna u li qed iservi wkoll biex ‘jiddistabbilizza’ r-reġjun.

Is-summit storiku jagħlaq illum, bl-Alleanza tan-NATO u r-Renju Unit iwissu li l-pressjoni fuq ir-Russja għandha tiżdied dment li Moska ma tibdilx l-atteġġjament fil-konfront tal-kriżi li ilha għaddejja għal xhur fl-artijiet Ukreni tal-Lvant.

Qabel beda s-summit, il-President Ukren, Petro Poroshenko, aġġorna lill-Mexxejja tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar it-taħditiet li kellu mal-President tar-Russja, Vladimir Putin, rigward pjan għal waqfien mill-ġlied fl-inħawi tal-Ukrajna.