Illum twaqqaf il-bord ta’ inkjesta esterna li se jkollu r-rwol li jistabbilixxi l-fatti u t-timeline ta’ kif seħħew l-affarijiet fil-każ tal-bini tal-Isptar Mater Dei. Dan il-bord se jkun qed janalizza l-liabilities kriminali u ċivili li rriżultaw minn dak li ġara. Se jkollu l-faċilità li jaħtar l-esperti tekniċi fejn meħtieġa.
Il-bord huwa kompost mill-Imħallef Emeritus Dr Philip Sciberras bħala Chairman, il-Perit Joseph Scalpello u s-Sur Karl Cini bħala membri. It-twaqqif ta’ dan il-bord huwa parti mill-ħidma tal-Gvern biex jiġu stabbiliti l-fatti li ġraw fil-passat fil-binja tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.
Il-Gvern se jkun qed jitlob li tinġarr kemm ir-responsabbilità politika kif ukoll ir-responsabbilità teknika u kummerċjali tan-nuqqasijijet li jirriżultaw.
//= $special ?>

