Għexieren ta’ immigranti illegali fil-port ta’ Calais ippruvaw jitilgħu bil-forza fuq vapurett destinat għar-Renju Unit, iżda l-membri tal-ekwipaġġ ikkontrollaw is-sitwazzjoni meta tellgħu ir-rampa u ‘sparaw’ l-ilma bil-hose pipes għal fuq il-folol li nġemgħu fl-inħawi tal-port.
L-immigranti, qabel, kienu taw salt biex jitilgħu bil-ġiri minn fuq ir-rampa, iżda l-azzjoni f’waqtha mill-membri tal-ekwipaġġ salvat traġedja potenzjali.
Is-Sindku ta’ Calais, Natacha Bouchart, ftit tal-jiem ilu, wissiet li hi kellha ‘tagħlaq il-port’ dment li r-Renju Unit ma kellux jgħin għall-kontroll tal-immigranti. Bouchart, fil-fatt, qalet li l-belt tagħha ‘spiċċa l-ostaġġ ta’ ‘l fuq minn elf immigrant li qed jippruvaw jaqsmu l-Kanal Ingliż minn Franza’.
//= $special ?>