Fid-dawl ta’ diversi rapporti li dehru fil-media lokali u internazzjonali fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jsejjaħ mill-aktar fis possibli l-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta’ Moniteraġġ dwar l-Iskema taċ-Ċittadinanza.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li minkejja li kien twaqqaf is-sena li għaddiet, dan il-Kumitat għadu ma ltaqax, kif anke ġie żvelat minn ġurnal lokali fil-jiem li għaddew. Dan hu Kumitat li twaqqaf biss għall-isem, għax fil-verità mhux jiffunzjona.
Il-Kap tal-PN Simon Busuttil ikkummenta li f’ġieħ it-trasparenza, li tant issemmiet fil-kampanja elettorali tas-sena li għaddiet, Muscat għandu jagħti rendikont dettaljat tal-applikazzjonijiet kollha li daħlu s’issa minn din l-Iskema. “Gvern serju jżomm mal-wegħda li jkun għamel”, enfażizza Simon Busuttil.
//= $special ?>

