Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gudja

Raġel ta’ 33 sena mill-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien il-Gudja għall-ħabta tal-16:30.

L-inċident seħħ bejn vettura tat-tip Toyota DNA misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Birkirkara u mutur ta’ tip Yamaha T110 misjuq mir-raġel ta’ 33 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmatha l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta appuntata.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.