Internazzjonali

Spekulazzjoni li għebu ajruplani mill-ajruport ta’ Tripli

ARKIVJI

Rapporti mill-Istati Uniti qed jikkwotaw uffiċjali Amerikani li qed isostnu li xi ajruplani kummerċjali għebu mill-ajruport internazjonali ta’ Tripli wara li dan waqa’ f’idejn il-militanti Islamiċi.

Qed jingħad li 11-il ajruplan għebu mill-ajruport ix-xahar li għadda wara li l-ajruport spiċċa f’idejn il-grupp tas-Sebħ Libjan u hemm tħassib li dawn jistgħu jintużaw għal xi attakk terroristiku fuq l-istil ta’ dawk tal-11 ta’ Settembru.

Skont Abderrahmane Mekkaoui, espert militari Marokkin, dawn l-ajruplani jinsabu f’idejn grupp militanti Islamiku, il-Brigata tal-Irġiel Mgħammda.