L-innu Malti fl-Islovakkja nbidel bi żball mal-kanzunetta Numb tal-grupp popolari Linkin Park qabel bdiet il-logħba ta’ ħbiberija bejn l-Islovakkja u Malta.
Pajjiżna tilef din il-logħba, li ntlagħbet fl-Islovakkja stess, bl-iskor ta’ 1-0 wara gowl ta’ Adam Nemec fl-43 minuta. Awtoritajiet tal-grawnd indunaw immedjatament bl-iżball li kien sar u wara biss ftit sekondi, din il-kanzunetta twaqqfet u beda l-innu Malti.
Kif jidher fir-ritratt, il-plejers Maltin ħadu dan l-inċident biċ-ċajt u spikka t-tbissim fuq wiċċhom.
//= $special ?>


