Lokali

Attivata l-ispeed camera l-ġdida fil-bypass tax-Xemxija

Speed camera li twaħħlet fil-jiem li għaddew fil-bypass tax-Xemxija issa hi attivata b’limitu ta’ veloċità ta’ 80km/h. Dan tħabbar mir-Reġjun tat-Tramuntana fi stqarrija biex jinforma lill-pubbliku.

Ir-Reġjun tat-Tramuntana qal li fit-triq żdiedu wkoll numru ta’ tabelli biex is-sewwieqa jkunu nfurmati bl-ispeed camera ġdida. L-istqarrija tgħid li din il-camera ġiet imwaħħla bit-tama li jitnaqqsu l-abbużi ta’ veloċità eċċessiva mis-sewwieqa, filwaqt li jitnaqqsu wkoll il-ħsejjes żejda tal-vetturi għar-residenti ta’ San Pawl il-Baħar.