Il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola dalgħodu għamlet żjara ta’ korteżija lill-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.
Il-President Coleiro Preca u Roberta Metsola ddiskutew temi relatati mad-drittijiet tat-tfal, kif ukoll modi ta’ kif il-Parlament Ewropew u l-President jistgħu jaħdmu f’oqsma ta’ interess reċiproku.
Din kienet l-ewwel laqgħa uffiċjali li Metsola kellha mal-President minn mindu ġiet rieletta fil-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda.
Huma ftiehmu li jżommu kuntatt regulari u miftuħ bejniethom u li jikkooperaw fuq firxa ta’ temi tul il-ħames snin li ġejjin.
//= $special ?>