Lokali

Ippubblikati ċ-ċifri tal-qgħad għal Lulju 2014

In-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f’Lulju 2014 naqas b’464 meta mqabbel ma’ Lulju 2013, iżda żdied marġinalment meta mqabbel ma’ Ġunju 2014. Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li n-numru ta’ persuni jirreġistraw naqas minn 7,298 f’Lulju 2013 għal 6,834 f’Lulju 2014. It-tnaqqis kien irreġistrat fl-oqsma kollha.

Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda ta’ 190 persuna li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena, filwaqt li ż-żieda fil-persuni jirreġistraw f’Lulju 2014 meta mqabbel ma’ Ġunju 2014 kienu ta’ 6,751 f’Ġunju għal 6,843 f’Lulju. Ir-rata tal-qgħad f’termini perċentwali f’Marzu 2014 kienet ta’ 4.5% tal-popolazzjoni li taħdem.