Saħħru d-dinja bir-ritratti tat-tieġ taghhom. Ritratti li għalihom qed ikun rapportat li tħallsu ħames miljun dollaru u li kienu pubblikati fir-rivisti People u Hello. Flus iżda li l-koppja se tagħti kollha kemm huma lil karita’, xi ħaġa li spiss tagħmel din il-koppja.
Il-libsa ta’ Jolie, mid-disinjatur Atelier Versace, attritat l-attenzjoni mhux biss għar-raġunijiet ovvji imma anki għat-tiżjin li kien hemm fuq il-velu. Din kienet mimlija tpinġija tat-tfal tal-koppja- Maddox ta’ 13-il sena, Pax ta’ 10 snin, Zahara ta’ 9 snin, Shiloh ta’ 8 snin u t-tewmin Vivienne u Knox ta’ 6 snin.
Angelina Jolie stqarret li riedet li t-tfal ikunu parti ta’ kollox fosthom anki l-libsa.
//= $special ?>