Lokali

Problema ta’ traffiku minħabba inċident f’Ħal Lija

Inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu bejn karozza tal-linja u vettura tat-tip Ford, wassal biex din l-istess vettura spiċċat trasset mal-ġenb tat-triq. L-inċident seħħ għal ħabta tas-6.15pm, qrib iċ-Ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Fortunatament ħadd ma weġġa’, iżda minħabba li seħħ f’wieħed mill-agħar ħinijiet tat-traffiku, kompla jżid mal-problema ta’ konġestjoni fiż-żona. Dan iktar u iktar minħabba x-xogħol li qed isir f’partijiet mill-istess triq li komplew iżidu mal-problema tat-traffiku.