Kultura Lokali

Rokna tal-arti u l-artiġġjanat waqt il-Festi tal-Indipendenza

Il-Partit Nazzjonalista jemmen f’politika li tagħti spazju lit-talent artistiku u li tkabbar l-għarfien fuq l-artiġġjanat Malti.

Għalhekk waqt il-Festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza rokna tal-arti u l-artiġġjanat biex dawk kollha li jattendu jkunu jistgħu japprezzaw it-talent lokali u l-artiġġjanat Malti. Il-Partit Nazzjonalista qed jistieden lil artisti u persuni speċjalizzati fl-artiġġjanat biex jipparteċipaw f’din ir-rokna fuq il-Fosos tal-Furjana.

Dawk interessati jistgħu japplikaw sad-9 ta’ Settembru li ġej billi jċemplu fuq 79262101.