Aġġornata: Il-mara li ttajret il-bieraħ filgħaxija f’Ħal Qormi mietet aktar kmieni dalgħodu. Dan kien ikkonfermat mill-pulizija.
Aktar kmieni: Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjret minn vettura tat-tip Toyota Corolla, misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mill-Mosta.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-6.30pm fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għal kura.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>

