Internazzjonali

Ħasbuħ ħtif ta’ ajruplan

Matul il-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, żewġ ajruplani militari Taljani interċettaw ajruplan tal-passiġġieri fuq titjira interna minħabba suspetti li dan kien inħataf.

Is-suspett tqanqal wara telefoanta anonima li l-ajruplan kien inħataf u kien hemm bomba abbord.

L-ajruplani militari eskortaw l-ajruplan sal-inżul bħala prekawżjoni u kien konfermat li kien allarm falż.