Raġel li spiċċa kkundannat dwar il-qtil faħxi ta’ tifla għandu jinqatel skont il-liġi, proprju l-ġimgħa d-dieħla.
L-ikkundannat, Surinder Koli, u negozjant bl-isem ta’ Moninder Singh Pandher, kienu instabu ħatja, fl-2009, dwar l-omiċidju ta’ tifla ta’ erbatax il-sena; b’dan il-każ jinkwadra fost sensiela ta’ delitti makabri marbuta ma’ hekk-imsejjaħ ‘Dar tal-Orrur’.
Koli u Prandher kienu spiċċaw arrestati fl-2007 wara li nstabu diversi partijiet tal-ġisem viċin id-dar fejn huma kienu jgħixu, fis-sobborg ta’ Noida, lejn il-limiti ta’ Delhi.
Mifhum li dsatax il-nisa, żgħażagħ u tfal spiċċaw stuprati, maqtula u mbiċċra f’din ir-residenza. Qed ikun allegat li Koli kien joffri l-ħelu lit-tfal biex iħajjarhom imorru miegħu u bil-qorti ssib lil dan is-serial killer ħati dwar talanqas ħames każi ta’ ħtif u omiċidju. Il-lista tar-reati mressqa jirreferu wkoll għal atti ta’ kannibaliżmu, b’Koli jammetti l-ħtija tiegħu anki f’dan il-każ.
//= $special ?>
