Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Louis Giordimaina fl-aħħar sigħat irreżenja mill-kariga tiegħu.
Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li Louis Giordimaina rreżenja mill-kariga minħabba nuqqas ta’ qbil mac-Chairperson tal-kumpanija tal-Linja Nazzjonali tal-Ajru Maria Micallef, li ġiet appuntata fil-kariga f’Lulju li ghadda.
Mill-informazzjoni li ghandu NET NEWS jirrizulta li d-decizjoni li jirrezenja l-Kap Ezekuttiv ittiehdet wara li dan ma tħalliex jidħol għal laqgħa tal-bord tal-Air Malta miċ-Chairperson Maria Micallef.
Giordimaina ilu fil-kariga għal madwar tmien xhur. Qabel kien iservi bhala Kap Eżekuttiv tal-Enemalta.
Bir-riżenja ta’ Louis Giordimaina issa b’kollox l-Air Malta għandha tlett karigi battala. It-tnejn l-oħra huma ta’ Kap Kummercjali wara r-riżenja ta’ Philip Saunders li kien ilu fil-kariga mill-2011 u ta’ Kap tar-Riżorsi Umani; kariga li fiha l-Gvern kien appunta lil Josephine Abdilla wara l-Elezzjoni Generali, iżda li neħħiha mill-istess kariga ftit wara.
//= $special ?>