Ilum kellha ssir protesta kontra l-immigrazzjoni llegali, li tħassret il-bieraħ filgħaxija. Minkejja dan grupp ta’ Maltin li huma kontra li f’Malta jaslu l-immigranti llegali, mxew minn fuq il-Fosos tal-Furjana sa Kastilja.
Iżda din kienet biss mixja mhux protesta għaliex jidher li l-protesta ma saritx wara li l-organiżattur originali rtira l-permess wara laqgħa mal-Kummissarju. Minflok grupp ta’ nies iddeċidew li jmorru u b’hekk saret mixja, li ħadu sehem fiha mat-tmenin persuna li kellhom f’idejhom il-bandiera Maltija u anke bnadar bis-salib tal-kavallieri.
Huma qed jiddeskrivu lilhom nfushom bħala l-veru Maltin. Waqt il-mixja huma kantaw anke l-Innu Malti.
//= $special ?>