Fi Sierra Leone, wieħed mill-pajjiżi milquta l-agħar mill-Ebola, tħabbar li mit-18 ta’ Settembru, in-nies iridu jibqgħu maqfula d-dar u ħadd ma jista’ joħroġ fit-torq għal erbat ijiem.
Dan qed isir biex il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jkunu jistgħu jiżolaw dawk infettati bil-marda u jevitaw li tkompli tinfirex.
minħabba l-marda fi Sierra Leone, il-Liberja, il-Guinea u n-Niġerja mietu 2,100 persuna. Sierra Leone iżda hi fost l-agħar milquta minn din il-marda u fejn tal-anqas 20 mediku, fosthom iż-żewġ tobba li kienu qed imexxu l-ġlieda fil-pajjiż kontra l-marda spiċċaw mietu wkoll.
Fil-Liberja diġà hemm stat ta’ emerġenza minħabba din il-marda.