Żejtun Corinthians ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej; skwadra li nbniet fuq proċess li beda bil-ħatra ta’ Edward Azzopardi u l-assistent Darren Vella, żewġ eks plejers tal-klabb.
L-iskwadra kompliet tissaħħaħ ukoll fuq livell tekniku bil-ħatra tat-Team Manager Albert Cumbo, Ritchie Curmi kif ukoll l-eks captain tat-tim għal dawn l-aħħar snin Charlo Magro. Inħatar ukoll Joseph Buttigieg bħala physical trainer u physio.
L-iskwadra għal dan l-istaġun se tkun magħmula minn Kenneth Abela, Alan Abela, Stephen Aquilina, Matthew Borg, Gary Busutill, Vince Camilleri, Justin Felice, Kurt Formosa, Matthew Pisani, Andy Portelli, Margeith Scicluna, Ryan Sell, Jurgen Tabone, Karl Vassallo, Jean Matthias Vella, Julian Vella u Daniel Zahra.
Ma’ dawn jingħaqad ukoll il-barrani Mendes Da Silva Diones.
Il-klabb għajjat ukoll żewġ plejers tan-nursery, Jamies Mifsud u Neil Tabone li l-istaġun li għadda kienu mislufa lil Hibernians u Floriana rispettivament.
//= $special ?>

