Il-Carnegie Museum of Natural History f’Pittsburg ħareġ ritratti juri speċi ġdida ta’ dinosawr, id-Dreadnoughtus schrani. Id-dinosawr kien jiekol il-pjanti biss u l-għadam tiegħu nstabu fl-2005 fir-reġjun tal-Patagonia fl-Arġentina. Jidher li dan kien fost l-akbar annimali li qatt kien hawn fid-dinja.
Dinosawr li kien jiżen 65 tunellata u minn imnieħru sa denbu kien fih 26 metru. Għalkemm instsabu għadam ta’ annimali aktarx ikbar, dan kien l-ewwel wieħed fejn bl-għadam li instabu l-istudjużi setgħu jikkalkolaw b’mod preċiż il-kobor.
//= $special ?>