Jidher li l-Ministru tal-Familja hu iktar moħħu biex jara kif se jinterpreta l-istatistika milli biex jara kif se jeqred il-faqar.
Fi stqarrija l-PN qal li ċ-ċifri kkwotati mid-Deputat Clyde Puli huma korretti – id-99 elf persuna fil-faqar, fir-riskju tal-faqar u fir-riskju ta’ eskużjoni soċjali jirrelataw għas-sena 2013 u mhux fl-2012 kif qed jipprova jagħti x’ jifhem il-Ministru Michael Farrugia.
L-Istqarrija tkompli li l-Ministru Michael Farrugia qara biss l-ewwel tabella tal-figuri dwar il-faqar, f’attentat iddisprat tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li jitfa’ t-tort ta’ azzjonijiet li mhux qed jieħu hu fuq ħaddiehor.
Iż-żieda fil-persuni li jinsabu fir-riskju ta’ faqar toħroġ ukoll minn statistika oħra dwar il-pagi li turi biċ-ċar li ż-żieda fil-pagi fis-sena li għaddiet mal-2012 kienet inqas miż-żieda fil-pagi fl-2012 fuq l-2011.
Iż-żieda medja fil-pagi fl-2012 kienet 668 ewro filwaqt li s-sena li għaddiet, iż-żieda medja kienet ta’ 245 ewro.
L-Istqarrija ttemm li issa għaddew 18-il xahar mill-elezzjoni ġenerali u l-Gvern jirrealizza li issa hu hemm fil-Gvern u huwa hu li jrid jerfa’ r-responsabbilta’.
//= $special ?>

