Internazzjonali

Il-misteru ta’ Jack the Ripper “solvut”

Ġurnal Ingliż qed jirrapporta li wara mija sitta u għoxrin sena, ġie solvut il-misteru ta’ Jack the Ripper. Dan huwa isem li kien ingħata għal qattiel misterjuż li fl-1888 brutalment biċċer ħames nisa f’Whitechapel l-Ingilterra.

Skont dan l-artiklu, Jack the Ripper ġie identitifkat bħala Aaron Kosminski – barbier li kien isofri minn problemi mentali u immigrant mill-Polonja. L-identita’ tal-qattiel saret magħrufa wara testijiet li saru fuq xalla li nstabet maġenb waħda mill-vittmi tiegħu, fejn traċċi tad-DNA tal-vittma u ta’ Kosminski tqabblu mad-DNA ta’ dixxendenti taż-żewġ persuni. Minħabba ż-żmien twil li għadda kien hemm bżonn li tiġi żviluppata teknoloġija ġdida qabel ma setgħu jsiru dawn it-testijiet.