Ritratt li rċevejna mingħand resident ta’ Raħal Ġdid, flimkien ma’ ittra. Ir-ritratt juri l-karozza tas-Sindku ta’ Raħal Ġdid fuq parti minn spazju għal parkeġġ riservat
Dan ir-ritratt juri l-karozza tas-Sindku ta’ Raħal Ġdid, Roderick Spiteri. Nixtieq nistaqsi kemm il-kontravenzjoni nħarġet fuq il-karozza tas-Sindku f’Raħal Ġdid?
Qed ngħid hekk għax din ma tkunx okkażjoni ta’ darba fejn il-karozza titħalla għall-ħinijiet twal f’post riservat. Jien m’għandi xejn kontra s-Sindku, madankollu nħoss li din hi inġustizzja kbira, meta xi ħadd jipparkja fejn irid saħansitra f’postijiet riservati għall-vetturi oħra kif jidher minn dan ir-ritratt.
Ċittadin Onest (Raħal Ġdid)
//= $special ?>