Internazzjonali

Stħarriġ juri li 51% huma favur l-indipendenza tal-Iskozja

Hekk kif qed toqrob id-data tar-referendum fl-Iskozja, li għandu jiddetermina jekk il-pajjiż jibqax parti mir-Renju Unit, għall-ewwel darba minn mindu bdiet il-kampanja, stħarriġ tal-opinjoni pubblika qed jindika li l-kampanja tal-Iva għall-Indipendenza tinsab fuq quddiem b’51 fil-mija.

Jidher li dan l-aħħar stħarriġ, ikkummissjonat mill-gazzetta Ingliza ‘Sunday Times’, huwa l-ewwel wieħed li qed jindika possibilta’ li terbaħ il-kampanja tal-Iva, mmexxija minn Alex Salmond.