Xufier tal-karozzi tal-linja ingħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs sospiża għal sentejn wara li instab ħati li ta fastidju lil passiġġiera li kienet riekba fil-karozza tal-linja li kien qiegħed isuq.
Ir-raġel, Mario Farrugia ta’ 58 sena mir-Rabat ammetta li ta’ fastidju lil mara ta’ nazzjonalita Veneżwelana ta’ 29 sena u li biesha u missilha saqajha nhar il-Ġimgħa għal ħabta tad-9.30pm f’Birkirkara.
Huwa qal li iddispjaċieh tal-azzjonijiet tiegħu u ikkollabora mal-pulizija fl-istħarrig tagħha.
Minbarra s-sentenza sospiża, il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat lil Farrugia iħallas multa ta’ €480 u biex ma jersaqx lejn din il-mara għal perjodu ta’ sena.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Luke Bonello filwaqt li għal Farrugia dehret l-avukat Yanika Camilleri.
//= $special ?>