Aktar minn mija ħamsa u għoxrin impjegat tal-HSBC Malta għamu, saqu r-roti, ġrew u mxew minn Għawdex sal-Palazz ta’ San Anton fit-Triathlon organizzata mill-Fondazzjoni HSBC Malta.
Din hija l-ewwel sena li f’din it-triathlon inġabru flus għal żewġ għanijiet filantropiċi; għall-Istrina b’risq il-Malta Community Chest Fund u b’risq Water Aid Ghana li se jkunu qed iwettqu proġett bil-għan li jipprovdu provvista tal-ilma u faċilitajiet sanitarji f’wieħed mill-aktar reġjuni foqra mill-ilma fil-Ghana.
Minn Għawdex – bil-ġirja mill-Gharb sa’ Hondoq ir-Rummien, bil-ghawm lejn Kemuna, bir-rota mic-Cirkewwa sal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali u fl-ahhar nett lejn il-Palazz ta’ San Anton.
It-triathlon rat is-sehem ta’ Nicky Farrugia, atleta li fost il-maratoni li għamel hemm l-għawma bejn Malta u Sqallija.
Tkellimna wkoll mal-bniedem li kien hu li beda t-triathlon fuq inizjattiva personali tiegħu, Andre Catania.
Fil-Palazz ta’ San Anton, il-parteċipanti ntlaqgħu mill-Agent President Dolores Cristina u mic-Chief Operating Officer ta’ HSBC Malta Decca Fan.
Matul is-sena apparti t-triathlon, il-Fondazzjoni HSBC Malta torganizza għadd ta’ attivitajiet oħra b’għanijiet filantropici bil-għan.
//= $special ?>