It-tim Nazzjonali Malti tat-Table Football kompost minn Mark Gauci, Joe Mifsud, Angelo Borg, Massimo Cremona, Charlie Aquilina u l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija Joe Zammit Pavia, rebaħ il-midalja tal-bronż fit-Tazza tad-Dinja li saret f’Rochefort il-Belġju.
Malta kienet fi Grupp 2 u rebħet lil Wales 4-0, lill-Olanda 3-0 u tilfet 3-1 mal-Italja, li eventwalment rebħu t-titlu. B’dawn ir-riżultati Malta kkwalifikat għall-fażi tal-aħħar tmienja u rebħet lill-Portugall biex imbagħad tilfet fis-semifinali kontra Spanja.
Peress li f’dan l-isport ma tintlagħabx logħba għat-tielet post, Malta awtomatikament spiċċat it-tielet flimkien mal-Belġju.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius awgura lil dan it-tim li reġa’ għamel unur lil pajjiżna fost il-ġganti f’dan l-isport.