Studenta tal-Kors tal-Ligi fl-Universita` ta’ Malta f’dawn l-aħħar jiem kitbet ittra lil Bord tal-Fakulta tal-Liġi stess li fiha wieħed mill-Lecturers tagħha allegatament abbużha sesswalment.
Storja esklussiva fil-ħarġa tat-Tnejn tal-ġurnal In-Nazzjon tgħid li f’din l-ittra, l-istudenta, li għadha kif spiċċat il-kors tal-liġi, qalet li l-lecturer ipprova jabbużaha sesswalment u li qed tikteb l-ittra issa biex żgur dan il-kaz ma’ jaffetwax ir-riżultati tagħha.
Mir-rapport li sar jidher li l-allegat abbuż jista’ jkun li ilu li seħħ, saħansitra xhur.
Is-sorsi qalulna li t-tfajla preżentat ċertifikati li juru li dan l-abbuż affetwaha psikoloġikament.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat li l-Bord tal-Fakulta tal-Liġi tliet ijiem ilu rrefera l-każ lil Pro-rettur tal-Universita` ta’ Malta, il-Professur Mary Anne Lauri li hi responsabbli għall-Affarijiet Istituzzjonali u kwistjonijiet relatati mal-Istudenti.
Fi tweġiba lil dan l-istazzjon, l-Universita’ ta’ Malta, kkonfermat li għandha dan il-każ quddiema.
Fit-tweġiba l-Universita’ saħqet li l-Universita` għandha proċeduri stabiliti u pubbliċi dwar kif jiġu investigati allegazzjonijiet ta’ abbuż jew fastidju sesswali u li dan il-każ, bħal kull każ ieħor, jiġi investigat skont l-istess proceduri.
F’kaz ta’ abbuż sesswali l-Universita’ ta’ Malta trid timxi ma’ ċertu regoli. Qabel xejn tibda billi tidefinixxi t-terminu ta’ abbuż sesswali.
Qabel il-kap tad-dipartiment jew tal-fakulta’ fejn ikun sar l-ilment irid jinforma l-konsulenti dwar l-imġieba sesswali li jinħatru mill-Universita’ stess, b’kollox erbgħa, tnejn mill-Universita’ ta’ Malta u tnejn mill-Junior College. Minn tal-inqas wieħed minnhom irid ikun ragel.
Jista’ jkun hemm proċeduri formali u informali, li jinvestigaw il-każ, fejn il-konsulenti jistgħu jiltaqgħu ma’ min ressaq l-ilment li eventwalment jasal anke għand ir-rettur tal-Universita’.
F’kas li l-każ ikun ikkonfermat u l-membru tal-istaff jinstab ħati, hemm erba’ possibiltajiet ta’ x’isir, fosthom li jitkeċċa jew titkecca mmedjatament mill-istituzzjoni edukattiva.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat ukoll li l-istudenta tista’ tiddeċiedi hi stess jekk tirraportax il-każ lil Pulizija jew le.
Il-Kunsill Studenti Universitarji fi status fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook qal li għalkemm ma jistax jikkumenta fuq il-każ partikolari jikkundanna kull każ ta’ abbuż sesswali fuq l-istudenti.
Il-KSU saħaq li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jara u jipproteġi il-hajja tal-istudent filwaqt li sostniet li l-uffiċċju tagħhom ikun miftuħ kuljum u heġġet lil dawk kollha li jistgħu jgħinu fuq dan il-każ biex ikellmu il-membri tal-Eżekkutiv tal-Kunsill.
//= $special ?>